Wara li tnizzel il-formola, iffirmaha u għaddiha lill-kumpanija billi:
- tibgħatha bil-posta fis-self addressed envelope li qed jintbagħat ma’ din l-ittra (ibgħat ukoll fotokopja tal-karta ta’ l-identita’); jew
- tmur biha personalment f’wieħed mill-Help Desks li se jitwaqqfu apposta għal dan il-għan kif indikat hawn taħt.
Kopji ta’ din l-applikazzjoni jistgħu wkoll jinġabru mill-Help Desks. Ma jiġux aċċettati aktar applikazzjonijiet wara l-31 ta’ Ottubru 2008. F’każ ta’ diffikulta’, jew jekk trid aktar informazzjoni, inti mħeġġeġ tikkomunika mal-Help Desks bit-telefon fuq il-freephone 156 jew tmur personalment:
- Floriana Help Desk – L-Istitut Kattoliku, Triq San Publiju, Floriana.
- San Ġwann Help Desk – MIMCOL, Enterprise Centre, San Ġwann Industrial Estate, Birkirkara.
Uffiċċjali tal-kumpanija, tad-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali u tal-Korporazzjoni għall-Impjieg u t-Taħriġ (ETC) se jkunu f’dawn il-Help Desks bejn it-8.30 a.m. u s-6.00 p.m. mit-Tnejn sal-Ġimgħa u bejn it-8.30 a.m. u l-12.00 p.m. is-Sibt, sabiex iwieġbu l-mistoqsijiet tiegħek.
|